planningandstrategicforesight.gov.mt

Ir-Rabta ta’ bejn il-Familja, il-Komunità, u l-Iskola (FCSL)

FCSL_Logo

Ir-Rabta bejn l-Familja, il-Komunità u l-Iskola ġiet introdotta bħala inizjattiva pilota fl-iskejjel statali Maltin matul is-sena skolastika 2024-2025 u sservi bħala komponent kruċjali tal-Istrateġija tat-Tluq Bikri mill-Edukazzjoni u t-Taħriġ (ELET), li tnediet f’Lulju tal-2023. Din l-istrateġija tallinja mal-għan tal-Unjoni Ewropea, dak li titnaqqas ir-rata tat-tluq bikri mill-iskola għal inqas minn 9% sal-2030.

L-għan ewlieni tal-FCSL fi ħdan l-istrateġija tal-ELET huwa li titnaqqas ir-rata tat-tluq bikri mill-edukazzjoni u t-taħriġ billi tinvolvi, tappoġġja u tagħti s-setgħa lill-istudenti, il-familji u l-edukaturi. Dan jinkiseb permezz ta’ interventi proattivi, appoġġ personalizzat, u trawwim ta’ ambjent kollaborattiv li jagħti prijorità liż-żamma u s-suċċess tal-istudenti.

Dan se jinkiseb permezz ta’:

  • Reviżjoni u żvilupp ta’ strateġiji li jnaqqsu r-riskju tat-tluq bikri mill-edukazzjoni u t-taħriġ permezz ta’ kollaborazzjoni ma’ diversi partijiet ikkonċernati biex titwaqqaf sistema ta’ twissija bikrija sabiex jiġu minimizzati l-indikaturi ta’ riskju tal-ELET. 
  • Żvilupp ta’ opportunitajiet ta’ ekwità u tagħlim tul il-ħajja għal kulħadd billi jitrawwem approċċ li jinvolvi l-iskola kollha biex jiġi ttrattat l-ELET permezz ta’ politika, riċerka u prattika.
  • Iżgurar ta’ edukazzjoni inklużiva u ta’ kwalità permezz tal-iżvilupp tal-ħiliet u l-emanċipazzjoni tal-istudenti, il-ġenituri, il-gwardjani u l-edukaturi kollha.
  • Implimentazzjoni ta’ opportunitajiet soċjalment ġusti biex jiżdiedu l-eżiti, iż-żamma u jiġu indirizzati l-iżvantaġġi edukattivi.

Il-programm ta’ Rabta bejn il-Familja, il-Komunità u l-Iskola hija inizjattiva bl-għan li ssaħħaħ il-konnessjoni bejn il-familji, l-iskejjel u l-komunità kollha biex itejjeb ir-riżultati edukattivi u tal-iżvilupp għat-tfal u ż-żgħażagħ.

L-aspetti ewlenin ta’ din l-inizjattiva huma:

  • Li tinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni attiva tal-ġenituri fl-edukazzjoni tat-tfal tagħhom.
  • Li tiffoka fuq il-provvista ta’ taħriġ għall-edukaturi.
  • Li tiffaċilita l-opportunitajiet ta’ tagħlim ibbażat fuq il-komunità.
  • Li torganizza proġetti u avvenimenti konġunti li jinvolvu il-familji, l-istudenti u l-membri tal-komunità.

Permezz ta’ din l-inizjattiva, wieħed jista’ regolarment jevalwa l-impatt tal-programm fuq l-eżiti tal-istudenti, joħloq network ta’ appoġġ fl-iskola, u joffri l-għodod meħtieġa lill-ġenituri u l-membri tal-komunità biex jipparteċipaw b’mod sinifikanti fl-edukazzjoni ta’ wliedhom. Għalhekk, il-programm tal-FCSL jenfasizza fuq l-importanza tal-kollaborazzjoni fl-edukazzjoni, billi jrawwem rabtiet b’saħħithom bejn il-familji, l-iskejjel u il-komunitajiet. L-għan ewlieni tiegħu huwa li joħloq ambjent ta’ appoġġ u valur għall-istudenti sabiex itejbu l-istudji tagħhom.

FCSL-Figure
Planning and Strategic Foresight
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.