Id-Direttorat għall-Ippjanar u l-Prospettiva Strateġika fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni qed jippreżenta l-Kampanja EduVoices 2026 ta’ Għarfien dwar il-Benesseri u s-Saħħa Mentali tal-Istudent, li hija inizjattiva nazzjonali li tqiegħed l-vuċi tal-istudenti fiċ-ċentru tal-benesseri u l-iżvilupp edukattiv.
EduVoices 2026 tirrappreżenta impenn strateġiku mid-Direttorat biex il-benesseri jkun integrat bħala pilastru ewlieni tal-eċċellenza edukattiva f’konformità mal-Istrateġija Nazzjonali tal-Edukazzjoni. Permezz ta’ involviment sinifikanti tal-istudenti fis-snin obbligatorji u postsekondarji, l-inizjattiva tirrikonoxxi lill-istudenti bħala parteċipanti attivi fit-tiswir tal-komunitajiet u l-ambjenti tat-tagħlim tagħhom. Din issaħħaħ il-proċess ta’ riflessjoni mill-istudenti u l-espressjoni kreattiva tagħhom permezz ta’ attivitajiet li ġew addattati skont l-età.
Din il-kampanja tmur lil hinn mill-iskop ta’ għarfien. Fil-fatt, tinkoraġġixxi lill-istudenti biex jirriflettu, jikkollaboraw, u jipproponu ideat sinifikanti li jappoġġjaw il-benesseri fl-iskejjel u l-komunitajiet. Il-kampanja tiffoka fuq żewġ riżultati ewlenin:
Ir-riżultati se jinfurmaw id-direzzjoni strateġika futura u jikkontribwixxu għat-tisħiħ ta’ prattiki inklużivi, sikuri u ffokati fuq il-benesseri fl-iskejjel Maltin, filwaqt li jappoġġjaw ukoll l-isforzi nazzjonali biex jitnaqqas it-tluq bikri mill-edukazzjoni u t-taħriġ.
L-iskejjel għandhom rwol importanti fit-trawwim tar-reżiljenza, il-litteriżmu emozzjonali, l-appartenenza, u l-awtonomija tal-istudenti. EduVoices jippromwovi parteċipazzjoni sinifikanti billi jagħti lill-istudenti opportunitajiet strutturati biex jesprimu l-perspettivi tagħhom u jikkontribwixxu f’soluzzjonijiet għal bidla pożittiva.
Meta l-istudenti jinstemgħu, huma juru għarfien, kreattività, u responsabbiltà. Din l-inizjattiva tappoġġja kultura fejn l-edukazzjoni tinħoloq flimkien mal-istudenti fi spazji sikuri għad-djalogu, l-innovazzjoni, u r-responsabbiltà kondiviża.
L-istudenti jistgħu jipparteċipaw individwalment jew fi gruppi, inkluż bħala:
Is-sottomissjonijiet kollha għandhom jirrispondu għat-tema assenjata lill-grupp tas-sena rilevanti u jistgħu jiġu sottomessi f’formati kreattivi bħal tpinġijiet, pitturi, posters, ritratti, kollaġġi, filmati, poeżiji, jew rakkont ta’ stejjer diġitali.
Il-Gruppi tal-Kindergarten u mill-1-2 tas-Snin Primarji
Il-Gruppi mit-3-6 tas-Snin Primarji
Il-Gruppi tas-Snin Medji u Sekondarji
Il-Gruppi tas-Snin Postsekondarji
Jekk jogħġobkom ibgħatu l-proġett tagħkom permezz ta’ din il-formola:
EduVoices Student Wellbeing and Mental Health Awareness Campaign – Fill in form
Huwa rrakkomandat li għal kull sottomissjoni, jingħataw titlu u sentenza qasira li tiddeskrivi l-proġett (dan jista’ jsir fil-formola tas-sottomissjoni nnifisha).
Id-data tal-iskadenza għas-sottomissjoni tal-proġett hija t-Tlieta, 30 ta’ Ġunju.
Wara s-sottomissjonijiet tal-proġetti, jibda l-proċess tal-għażla u l-aġġudikazzjoni, u r-rebbieħa se jitħabbru matul l-ewwel semestru tas-sena skolastika 2026–2027
Għal kwalunkwe mistoqsija oħra, jekk jogħġbok ibgħat email lil [email protected].