Ir-Rabta bejn l-Familja, il-Komunità u l-Iskola ġiet introdotta bħala inizjattiva pilota fl-iskejjel statali Maltin matul is-sena skolastika 2024-2025 u sservi bħala komponent kruċjali tal-Istrateġija tat-Tluq Bikri mill-Edukazzjoni u t-Taħriġ (ELET), li tnediet f’Lulju tal-2023. Din l-istrateġija tallinja mal-għan tal-Unjoni Ewropea, dak li titnaqqas ir-rata tat-tluq bikri mill-iskola għal inqas minn 9% sal-2030.
L-għan ewlieni tal-FCSL fi ħdan l-istrateġija tal-ELET huwa li titnaqqas ir-rata tat-tluq bikri mill-edukazzjoni u t-taħriġ billi tinvolvi, tappoġġja u tagħti s-setgħa lill-istudenti, il-familji u l-edukaturi. Dan jinkiseb permezz ta’ interventi proattivi, appoġġ personalizzat, u trawwim ta’ ambjent kollaborattiv li jagħti prijorità liż-żamma u s-suċċess tal-istudenti.
Dan se jinkiseb permezz ta’:
Il-programm ta’ Rabta bejn il-Familja, il-Komunità u l-Iskola hija inizjattiva bl-għan li ssaħħaħ il-konnessjoni bejn il-familji, l-iskejjel u l-komunità kollha biex itejjeb ir-riżultati edukattivi u tal-iżvilupp għat-tfal u ż-żgħażagħ.
L-aspetti ewlenin ta’ din l-inizjattiva huma:
Permezz ta’ din l-inizjattiva, wieħed jista’ regolarment jevalwa l-impatt tal-programm fuq l-eżiti tal-istudenti, joħloq network ta’ appoġġ fl-iskola, u joffri l-għodod meħtieġa lill-ġenituri u l-membri tal-komunità biex jipparteċipaw b’mod sinifikanti fl-edukazzjoni ta’ wliedhom. Għalhekk, il-programm tal-FCSL jenfasizza fuq l-importanza tal-kollaborazzjoni fl-edukazzjoni, billi jrawwem rabtiet b’saħħithom bejn il-familji, l-iskejjel u il-komunitajiet. L-għan ewlieni tiegħu huwa li joħloq ambjent ta’ appoġġ u valur għall-istudenti sabiex itejbu l-istudji tagħhom.