IL-MISSJONI TAGĦNA

Aħna impenjati li nittrasformaw l-edukazzjoni permezz tal-prospettiva strateġika, l-ippjanar u l-kollaborazzjoni mas-sistema edukattiva kollha. L-għan tagħna huwa li nindirizzaw l-isfidi u noffru opportunitajiet sabiex kull student ikun appoġġat biex jilħaq il-potenzjal tiegħu f’sistema edukattiva reżiljenti u adattabbli.

IL-Viżjoni TAGHNA

Sistema edukattiva li taħseb ’il quddiem u temmen li l-politiki u l-ippjanar edukattiv jrawmu l-ekwità, is-sostenibbiltà u approċċ li jpoġġi l-persuna fiċ-ċentru. B’hekk, nagħtu s-setgħa lill-istudenti, lill-edukaturi u lill-komunitajiet biex ikunu responsabbli tal-proċess, filwaqt li jkollhom l-opportunità li jikkollaboraw mal-partijiet ikkonċernati kollha biex jiksbu l-għanijiet tagħhom.