Id-Direttorat għall-Ippjanar u l-Prospettiva Strateġika fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni (MEYR) kellu l-pjaċir jospita l-EduVoices 2025, l-ewwel edizzjoni ta’ sensiela ta’ konferenzi annwali ġodda li tippromwovi approċċi integrati ta’ prospettiva strateġika. Il-konferenza saret bejn il-20 u l-24 ta’ Ottubru 2025 fix-Xara Lodge, ir-Rabat (Malta).
L-EduVoices 2025 iffukat fuq l-indirizzar tat-Tluq Bikri mill-Edukazzjoni u t-Taħriġ (ELET), billi laqqgħet flimkien edukaturi, studenti u dawk li jfasslu l-politiki sabiex jsaħħu l-vuċijiet li jqiegħdu lill-persuna fiċ-ċentru u japplikaw il-prospettiva strateġika biex jinħolqu ambjenti ta’ tagħlim aktar ingaġġati u inklużivi. Il-konferenza serviet bħala pjattaforma integrata ta’ djalogu, riflessjoni u azzjoni, u ħeġġet lill-parteċipanti kollha joħolqu viżjoni komuni għall-futur tal-edukazzjoni f’Malta.
Il-parteċipanti kellhom l-opportunità li:
Qabel u wara l-konferenza, saru wkoll workshops immexxija miċ-Ċentru għar-Riċerka u l-Innovazzjoni fl-Edukazzjoni (CERI) fi ħdan l-OECD, li ffukaw fuq Il-Futur tat-Tagħlim f’Malta. Din l-inizjattiva ta’ riċerka bbażata fuq il-prospettiva strateġika se twassal għall-pubblikazzjoni ta’ rapport mill-OECD fl-2026, li ser tpoġġi lil Malta bħala mexxejja fil-qasam tal-użu tal-prospettiva strateġika fir-riforma edukattiva.
L-EduVoices 2025 ikkonkludiet b’impenn komuni biex tittrasforma l-edukazzjoni permezz ta’ kollaborazzjoni, prospettiva strateġika u inklussività, filwaqt li tħeġġeġ djalogu kontinwu u azzjoni kollettiva sabiex kull student f’Malta jkun appoġġjat biex jirnexxi u jibqa’ involut fit-tagħlim.